Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 88

Għarrafni triqatek

Għarrafni triqatek

(Salm 25:4)

  1. 1. O Alla Ġeħova, flimkien miġburin

    Għax inti bi mħabba stidintna.

    Musbieħ Kelmtek hi u dawl għal triqitna;

    Permezz tagħha inti tgħallimna.

    (RITORNELL)

    Nifhem irrid; għallimni triqtek int

    Biex nobdi sew il-​kmand li b’għerf għamilt.

    Fil-​verità mexxini tul it-​triq

    U b’hekk nitgħaxxaq b’Kelmtek, O Ħallieq.

  2. 2. O Alla, l-​ġudizzji kbar tiegħek nafdaw;

    Bla tarf u profond huwa għerfek.

    Dak kollu li tgħid hu veru w dejjiemi;

    Tal-​għaġeb tassew hija Kelmtek.

    (RITORNELL)

    Nifhem irrid; għallimni triqtek int

    Biex nobdi sew il-​kmand li b’għerf għamilt.

    Fil-​verità mexxini tul it-​triq

    U b’hekk nitgħaxxaq b’Kelmtek, O Ħallieq.