Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 97

Ħajjitna tiddependi mill-Kelma t’Alla

Ħajjitna tiddependi mill-Kelma t’Alla

(Mattew 4:4)

  1. 1. Tiddependi ħajjitna minn

    Ta’ Ġeħova il-​kliem.

    Ngħixu bil-​ħobż biss ma nistgħux;

    Hemm bżonn t’Alla l-​għarfien.

    Aħna ngawdu il-​paċi w ferħ,

    Barkiet sbieħ imwegħdin.

    (RITORNELL)

    Kelmet Alla naqraw kuljum

    Sabiex nibqgħu ħajjin.

    Din tagħtina kulm’għandna bżonn;

    Tgħinna nibqgħu weqfin.

  2. 2. Hemm rakkonti ħajjin taʼ wħud

    Li fil-​fidi imxew;

    Qalbenin u leali ferm

    Tul is-​snin li għaddew.

    Dak li għamlu u qalu lkoll

    Jgħinna nkunu mħeġġin.

    (RITORNELL)

    Kelmet Alla naqraw kuljum

    Sabiex nibqgħu ħajjin.

    Din tagħtina kulm’għandna bżonn;

    Tgħinna nibqgħu weqfin.

  3. 3. Faraġ, tama se niksbu żgur

    Jekk minn Kelmtu naqraw.

    Din tagħtina il-​paċi w l-​għerf

    Biex f’dil-​ħajja nkampaw.

    Kulma qrajna u smajna wkoll

    Jalla ngħożżu f’kull ħin.

    (RITORNELL)

    Kelmet Alla naqraw kuljum

    Sabiex nibqgħu ħajjin.

    Din tagħtina kulm’għandna bżonn;

    Tgħinna nibqgħu weqfin.

(Ara wkoll Ġoż. 1:8; Rum. 15:4.)