GĦANJA 99
Mirjadi t’aħwa
-
1. Ara mirjadi kbar t’aħwa;
Tistaʼ miljuni tgħodd.
Kull wieħed xhud leali,
L-integrità jżomm sod.
Dejjem qegħdin niżdiedu;
Folla b’saħħitha sew
Minn kull ġens, poplu, tribù, u lsien.
’L Alla nfaħħruh ejjew.
-
2. Aħna mirjadi kbar t’aħwa;
Naqsmu man-nies l-aħbar.
Ma’ kullimkien inxandru
Dwar żmien bil-wisq aħjar.
Din ħafna jixtiquha;
B’hekk nippritkaw f’kull ħin.
U jekk negħjew nafu li Ġesù
Serħ jagħti ’l-imħabbtin.
-
3. Aħna mirjadi kbar t’aħwa;
Taħt t’Alla il-ħarsien.
Naqdu fil-btieħi tiegħu;
Fl-art dejjem bla waqfien.
Iva, mirjadi jxandru
Tas-Saltna dal-messaġġ;
Aħna ħaddiema sħab m’Alla lkoll,
Fuq l-art naqduh b’kuraġġ.
(Ara wkoll Is. 52:7; Mt. 11:29; Riv. 7:15.)