Meta Tħoss li Ma Tridx Tibqaʼ Tgħix
KULL sena għaxriet t’eluf taʼ nies fl-Istati Uniti biss jipprovaw itemmu ħajjithom. Il-Bibbja tagħti raġuni prinċipali għala ħafna jinsabu fi stat daqstant taʼ niket. Tispjega li ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” In-nies iħossu l-pressjonijiet tal-ħajja b’intensità kbira. (2 Timotju 3:1; Ekkleżjasti 7:7) Meta individwu jħossu maħkum mill-ansjetajiet tal-ħajja, għandu mnejn jaħseb li s-suwiċidju hu mezz biex jaħrab l-uġigħ. X’tistaʼ tagħmel jekk ikollok ħsibijiet bħal dawn?
M’Intix Waħdek!
Għalkemm is-sitwazzjoni tiegħek forsi tidher bla tama, ftakar li m’intix waħdek u li b’dispjaċir illum kważi kulħadd qed ikampa Rumani 8:22) Filwaqt li għall-ewwel forsi jidher li l-problema tiegħek qatt ma se titranġa, spiss l-affarijiet imorru għall-aħjar hekk kif jgħaddi ż-żmien. Sadanittant, x’jistaʼ jgħinek?
maʼ xi tip taʼ problema. Il-Bibbja tgħid: “Il-ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-uġigħ flimkien.” (Iftaħ qalbek maʼ ħabib matur li tafdah. Il-Bibbja tgħid: “Ħabib veru jħobb il-ħin kollu; huwa ħu mwieled għal meta jkun hemm in-niket.” (Proverbji 17:17) Ir-raġel ġust Ġob, li nsibu r-rakkont dwaru fil-Bibbja, fetaħ qalbu m’oħrajn matul il-perijodu diffiċli tiegħu. Meta ħass li kien qed ‘jistkerrah lil ħajtu,’ hu qal: “Irrid nisfoga t-tħassib tiegħi dwari nnifsi. Nitkellem fl-imrar taʼ ruħi!” (Ġob 10:1) Meta tiftaħ qalbek m’oħrajn, l-emozzjonijiet tiegħek forsi jittaffew, u forsi tkun tistaʼ tħares lejn il-problemi li tkun qed tiffaċċja b’lenti oħra. a
Iftaħ qalbek m’Alla fit-talb. Xi wħud jaħsbu li t-talb huwa biss xi ħaġa li tgħin psikoloġikament, imma l-Bibbja tgħid mod ieħor. Salm 65:2 isejjaħ lil Alla Ġeħova “Semmiegħ it-talb,” u l-1 Pietru 5:7 jgħid: “Jimpurtah minnkom.” Il-Bibbja darba wara l-oħra tenfasizza l-importanza taʼ li nistrieħu fuq Alla. Pereżempju:
“Afda f’Ġeħova b’qalbek kollha u tistrieħx fuq fehmtek stess. Agħti kasu fil-mogħdijiet tiegħek kollha, u hu jiddrittalek triqatek.”—PROVERBJI 3:5, 6.
“[Ġeħova] se jwettaq ix-xewqa taʼ dawk li jibżgħu minnu, u se jismaʼ l-għajta tagħhom għall-għajnuna u jsalvahom.”—SALM 145:19.
“Din hi l-fiduċja li għandna fih, li, kulma nitolbuh skond ir-rieda tiegħu, hu jismagħna.”—1 ĠWANNI 5:14.
“Ġeħova huwa ’l bogħod min-nies mill-agħar, imma t-talba tal-ġusti jismagħha.”—PROVERBJI 15:29.
Jekk tiftaħ qalbek m’Alla dwar id-diffikultajiet li tiffaċċja, hu se jagħtik l-għajnuna. Mhux taʼ b’xejn li l-Bibbja tinkuraġġik biex ‘tafda fih dejjem. Ferraʼ qalbek quddiemu.’—Meta Jkun Meħtieġ Iktar
Xi studji jikxfu li l-biċċa l-kbira min-nies li jieħdu ħajjithom b’idejhom ikunu batew bid-dipressjoni. b Dan jenfasizza l-fatt li jistaʼ jkun hemm bżonn t’attenzjoni medika. Tabib għandu mnejn jordna xi mediċina jew jirrikkmanda li jsiru xi aġġustamenti fid-dieta. F’xi każi, programm t’eżerċizzju jistaʼ jkun effettiv u jgħin fil-kura. Ħafna bbenefikaw minn kura medika professjonali. c
Il-Bibbja fiha ħafna informazzjoni li tistaʼ tagħtik appoġġ u tama. Pereżempju, f’Rivelazzjoni 21:4, il-Bibbja tgħid rigward Alla Ġeħova: “Jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.” Din hi wegħda divina, u nistgħu nsibu serħan jekk nimmeditaw fuqha.
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jaqsmu din it-tama bbażata fuq il-Bibbja maʼ miljuni taʼ nies madwar id-dinja. Minħabba f’hekk, ħafna qed isibu tama ġenwina f’dawn iż-żminijiet taʼ niket. Għal iktar informazzjoni, ikkuntattja lix-Xhieda taʼ Ġeħova fl-inħawi tiegħek billi żżur is-Sala tas-Saltna lokali, jew ikteb fl-indirizz adattat għalik f’paġna 5 taʼ din ir-rivista. Tistaʼ wkoll iżżur il-Websajt tagħna www.watchtower.org.
[Noti ta’ taħt]
a Xi wħud irċivew għajnuna billi ċemplu lil ċentru għall-prevenzjoni tas-suwiċidju jew ċentru għas-saħħa mentali.
b Għal iktar informazzjoni dwar id-dipressjoni, ara l-ħarġa taʼ Stenbaħ! t’Ottubru-Diċembru 2009, paġni 3-9.
c Stenbaħ! ma japprovax xi kura partikulari. Kull individwu għandu jiżen bir-reqqa l-għażliet tiegħu qabel jieħu deċiżjoni persunali.
[Kaxxa f’paġna 12]
GĦAJNUNA MILL-BIBBJA
[Caption f’paġna 12]
● “Tkunu ansjużi fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom u l-qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.”—Filippin 4:6, 7.
● “Jien staqsejt lil Ġeħova, u hu wiġibni, u mill-biżaʼ kollu tiegħi ħelisni.”—Salm 34:4.
● “Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma; u lil dawk bi spirtu miksur isalvahom.”—Salm 34:18.
● “Qed ifejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma, u qed jinfaxxalhom il-ġrieħi li juġgħuhom.”—Salm 147:3.
[Kaxxa f’paġni 13, 14]
JEKK TIBDA TAĦSEB DWAR IS-SUWIĊIDJU . . .
Iftaħ qalbek maʼ ħabib li tafdah
Iftaħ qalbek m’Alla fit-talb
Fittex għajnuna medika
[Kaxxa/Stampa f’paġna 14]
GĦALL-ĦBIEB U L-FAMILJA
Membri tal-familja u ħbieb tal-qalb spiss ikunu l-ewwel uħud li jindunaw li individwu mnikket qed jaħseb dwar is-suwiċidju. Jekk jieħdu azzjoni jistgħu jsalvaw il-ħajja taʼ dak li jkun! Kun semmiegħ li jagħder. Agħraf ir-realtà tad-diffikultajiet li qed jesperjenza. Il-Bibbja tgħid: “Ikkonslaw lid-dipressi.” (1 Tessalonikin 5:14) Ħeġġeġ lill-imnikket biex ifittex l-għajnuna, u meta jkun hemm bżonn, ħu azzjoni biex tkun ċert li tingħata għajnuna bħal din.