Ġliba Ħut
Ġiet Disinjata?
● L-aċċidenti tal-karozzi joqtlu iktar minn miljun ruħ u bejn wieħed u ieħor 50 miljun oħrajn iweġġgħu fihom kull sena. Madankollu, miljuni taʼ ħut jistgħu jgħumu flimkien fi ġliba, jew qatgħa, u kważi ħadd minnhom ma jaħbat. Il-ħut kif jirnexxilu jagħmel dan, u x’jistaʼ jgħallimna dwar kif innaqqsu l-ħbit bil-karozzi?
Ikkunsidra: Ħut li jgħum fi qtajjaʼ jitgħallem x’hemm madwaru permezz t’għajnejh u organu speċjali li jħoss bih imsejjaħ il-linja laterali. Hu juża dawn is-sensi sabiex ikun jaf fejn qiegħed ħut ieħor madwaru, imbagħad ikun jistaʼ jaġixxi kif ġej:
1: Jivvjaġġa maġenb xulxin. Il-ħut jgħum bl-istess ħeffa tal-ħut taʼ maġenbu u jżomm id-distanza tiegħu minnu.
2: Jersaq qrib. Hu jersaq eqreb lejn ħut ieħor li jkun iktar ’il bogħod minnu.
3: Jevita li jaħbat. Hu jibdel id-direzzjoni biex jevita li jmiss maʼ ħut ieħor.
Manifattur tal-karozzi Ġappuniżi uża din l-imġiba taʼ ħut li jgħum fi ġliba biex jivvinta diversi karozzi ċkejknin li jaħdmu b’mod awtomatiku u li jistgħu jivvjaġġaw flimkien mingħajr ma jaħbtu. Minflok l-għajnejn, il-karozzi jaħdmu b’sistema elettronika; minflok il-linja laterali, jaħdmu b’lejżer li jikkalkula d-distanza minn oħrajn. Il-kumpanija temmen li din it-teknoloġija se tgħinhom joħolqu karozzi “li ma jistgħux jaħbtu” u “li jikkontribwixxu biex ikun hemm ambjent għas-sewqan bla tinġis u ħieles mill-konġestjoni tat-traffiku.”
“Aħna ħloqna mill-ġdid l-imġiba taʼ ġliba ħut [billi] użajna bis-sħiħ teknoloġiji elettroniċi moderni,” jgħid Toshiyuki Andou, l-inġinier prinċipali tal-proġett tal-karozzi. “Aħna, li ngħixu f’dinja bil-karozzi, għandna ħafna x’nitgħallmu mill-imġiba taʼ ġliba ħut.”
Int x’taħseb? Kien il-ħut li jgħum fi ġliba r-riżultat taʼ xi proċess bla ħsieb? Jew ġie disinjat?
[Stampa/Sors f’paġna 19]
Ħut: © Ralf Kiefner/age fotostock