Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

 SUĠĠETT PRINĊIPALI

Għala tibqa’ tgħix?

Għala tibqa’ tgħix?

LI KIEKU kellek tiltaqaʼ maʼ Diana, * kont issib li hi mara żagħżugħa intelliġenti, dħulija, u minn tagħna. Imma taħt id-dehra ferriħija tagħha, hemm disperazzjoni kbira li tħalliha tħossha mhi tajba għal assolutament xejn għal ġranet, ġimgħat, jew anki xhur sħaħ. “Ma tgħaddix ġurnata waħda li ma naħsibx dwar li mmut,” tgħid hi. “Verament nemmen li d-dinja tkun post aħjar mingħajri.”

“Xi studji wrew li għal kull suwiċidju, 200 ruħ għamlu attentat taʼ suwiċidju u 400 persuna [oħra] ħasbu dwaru.”—THE GAZETTE, MONTREAL, IL-KANADA.

Diana tgħid li qatt ma tasal li tneħħi ħajjitha b’idejha. Xorta waħda, kultant tara li hu bla skop li tibqa’ tgħix. “L-ikbar xewqa tiegħi hi li mmut f’xi aċċident,” tgħid hi. “Sirt inqis il-mewt bħala ħabiba—mhux għadu.”

Ħafna nies iħossuhom bħal Diana, u wħud minnhom ikkunsidraw—jew ipprovaw—is-suwiċidju. Però, xi esperti juru li l-maġġoranza tan-nies li jipprovaw joqtlu lilhom infushom fir-realtà ma jridux itemmu ħajjithom; huma sempliċement iridu jtemmu t-tbatija li jkunu jħossu. Fil-qosor, jemmnu li għandhom raġuni biex imutu. Li għandhom bżonn hu raġuni biex jgħixu.

Għala tibqaʼ tgħix? Ikkunsidra tliet raġunijiet.

^ par. 3 L-isem ġie mibdul.