Kif Tgħin lil Dawk li Jbatu b’Saħħa Mentali
IL-BIBBJA TGĦID: “Ħabib veru jħobb il-ħin kollu; huwa ħu mwieled għal meta jkun hemm in-niket.” —PROVERBJI 17:17.
Dan Xi Jfisser?
Jistaʼ jkun li ma nkunux nafu x’se naqbdu nagħmlu meta ħabib ikun qed ibati b’saħħa mentali. Imma aħna nistgħu nuruh kemm jimpurtana minnu billi ngħinuh ikampa.
Dan Kif Jistaʼ Jgħinna?
‘Kun ħafif biex tismaʼ.’—ĠAKBU 1:19.
Wieħed mill-aħjar modi kif tgħin lill-ħabib tiegħek hu billi tisimgħu meta jkun irid jitkellem. Tħossx li trid tgħid xi ħaġa għal kull ħaġa li jgħid. Urih li int qed tisimgħu u li jimpurtak minnu. Ipprova ifhem kif qed iħossu u evita li tikkritikah. Ftakar li hu jaf jgħid xi affarijiet mingħajr ma jaħseb u li wara jiddispjaċih.—Ġob 6:2, 3.
“L-ansjetà f’qalb il-bniedem ittaqqalha, imma l-kelma t-tajba tferraħha.”—PROVERBJI 12:25.
Il-ħabib tiegħek jaf iħossu anzjuż jew anki jħossu li ma jiswa għal xejn. Billi turih li jimpurtak minnu, int tistaʼ tinkuraġġih u tgħinu jħossu aħjar anki jekk ma tkunx taf eżatt x’se taqbad tgħid.
“Ħabib veru jħobb il-ħin kollu.”—PROVERBJI 17:17.
Ara kif tistaʼ tgħinu. Minflok ma taħseb li taf kif għandek tgħinu, saqsih x’għandu bżonn. Jekk isibha diffiċli biex jgħidlek x’għandu bżonn, ipprova ssuġġerixxi affarijiet li tistgħu tagħmlu flimkien, bħal li tmorru mixja. Galatin 6:2.
Jew tistaʼ toffri li tgħinu billi tmur tixtrilu, tgħinu jnaddaf, jew tagħmel xi affarijiet oħra.—‘Uri l-paċenzja.’—1 TESSALONIKIN 5:14.
Il-ħabib tiegħek jaf mhux dejjem ikollu aptit jitkellem. Allura, fakkru li int lest li tisimgħu meta jkun irid jitkellem. Minħabba dak li jkun għaddej minnu, jaf jgħid jew jagħmel affarijiet li jweġġgħuk. Jistaʼ jħassar il-pjanijiet li kellkom flimkien jew ikun f’burdata ħażina. Hekk kif ittih is-sapport li għandu bżonn, kun paċenzjuż u ifhmu.—Proverbji 18:24.
L-Għajnuna Tiegħek Tistaʼ Tagħmel Differenza
“Lill-ħabiba tiegħi dejjem ngħidilha li se nkun hemm għaliha. Għalkemm ma jkollix is-soluzzjoni għall-problemi kollha tagħha, nagħmel ċert li nismagħha. Kultant, kulma jkollha bżonn biex tħossha aħjar hu li xi ħadd joqgħod jismagħha.”—Farrah, a li l-ħabiba tagħha tbati b’eating disorder, anzjetà, u dipressjoni qawwija.
“Għandi ħabiba li vera qalbha tajba u pożittiva. Hi stidnitni d-dar tagħha għall-ikel. Tant kemm ħassejtni komda magħha li kien faċli għalija li ngħidilha kif inħossni. Dan vera għenni nħossni aħjar!”—Ha-eun, li tbati minn dipressjoni qawwija.
“Il-paċenzja hi importanti ħafna. Meta l-mara tiegħi tagħmel xi ħaġa li tweġġagħni, jien niftakar li hi tagħmel hekk minħabba l-marda tagħha. Dan jgħinni biex minflok ma nirrabja, nifhimha iżjed.”—Jacob, li l-mara tiegħu tbati minn dipressjoni qawwija.
“L-għajnuna u l-kuraġġ li ttini l-mara tiegħi huma tal-għaġeb. Meta nħossni anzjuż ħafna, hi qatt ma ġġegħelni nagħmel xi ħaġa li ma nixtieqx nagħmilha. Dan ifisser li kultant hi stess tispiċċa ma tagħmilx affarijiet li tkun trid tagħmel. M’hawnx bħalha daqskemm għandha qalbha tajba u mhijiex egoista!”—Enrico, li jbati bl-anzjetà.
a Xi ismijiet ġew mibdulin.