SUĠĠETT PRINĊIPALI | KIF TIBBENEFIKA IKTAR MILL-QARI TAL-BIBBJA
X’se jagħmel il-qari interessanti?
X’se jkun il-qari tal-Bibbja għalik? Taʼ dwejjaq? Jew xi ħaġa li tieħu pjaċir tagħmilha? Jiddependi ħafna minn x’metodi tuża biex taqra. Ejja naraw x’tistaʼ tagħmel biex tieħu iktar pjaċir taqra u żżid l-interess.
Agħżel traduzzjoni li tistaʼ tafdaha u li għandha lingwa moderna. Jekk taqra xi ktieb li jkun fih ħafna kliem diffiċli jew kliem antikwat li m’intix familjari miegħu, x’aktarx li m’intix se tieħu pjaċir taqrah. Allura fittex Bibbja li tuża lingwa li hi faċli biex tifhimha u li tmiss il-qalb. Fl-istess ħin, għandha tkun tradotta bir-reqqa u b’mod eżatt. *
Uża teknoloġija moderna. Illum il-Bibbja mhijiex disponibbli biss bħala ktieb stampat imma wkoll bħala ktieb diġitali. Xi Bibbji tistaʼ taqrahom onlajn jew tniżżilhom fuq il-kompjuter, it-tablet, jew il-mowbajl tiegħek. Xi verżjonijiet ikun fihom għodod oħra li, mingħajr telf taʼ ħin, iħalluk tiċċekkja versi oħra tal-Bibbja fuq l-istess suġġett jew saħansitra tqabbel diversi traduzzjonijiet. Jekk tippreferi tismaʼ minflok taqra, il-Bibbja hi disponibbli wkoll rekordjata f’xi lingwi. Ħafna nies jieħdu pjaċir jisimgħu waqt li jkunu qed jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku, jagħmlu xi faċendi, jew jieħdu sehem f’xi attività oħra li fiha jkunu jistgħu jisimgħu. Għala ma tipprovax metodu li jgħodd għalik?
Uża għodod li jgħinuk tistudja l-Bibbja. Għodod li jgħinuk tistudja l-Bibbja jistgħu jgħinuk Tagħlim tal-Bibbja” minn fuq il-websajt jw.org, jistgħu jgħinuk teżamina xi jfissru ħafna siltiet mill-Bibbja.
tibbenefika iktar mill-qari tiegħek. Hemm mapep tal-pajjiżi tal-Bibbja li se jgħinuk issib il-postijiet li tiltaqaʼ magħhom int u taqra, u b’hekk tkun tistaʼ tara l-ġrajjiet iktar reali. Artikli bħal dawk li ssib f’din ir-rivista jew fis-sezzjoni “Varja l-metodi tiegħek. Jekk li taqra l-Bibbja minn qoxra sa qoxra hi xi ħaġa li taqtagħlek qalbek, għala ma tqanqalx l-interess billi l-ewwel tibda minn siltiet li jogħġbuk? Pereżempju, jekk tixtieq issir taf dwar nies famużi fil-Bibbja, tistaʼ tibda l-qari tiegħek billi taqra dwar dawn il-karattri. Eżempju taʼ kif tagħmel dan hu inkluż fil-kaxxa “ Ħaffer fil-Bibbja billi ssir taf in-nies li hemm fiha.” Jew forsi tkun tixtieq taqra l-Bibbja suġġett suġġett jew skont l-ordni kif seħħew il-ġrajjiet. Għala ma tipprovax wieħed minn dawn il-metodi?
^ par. 4 Ħafna sabu li t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa hi eżatta, taʼ min jafdaha, u wkoll faċli biex tinqara. Din il-Bibbja, li hi ppubblikata mix-Xhieda taʼ Ġeħova, hi disponibbli f’iktar minn 130 lingwa. Tistaʼ tniżżel kopja mill-websajt jw.org jew billi tniżżel l-app tal-JW Library. Jew jekk tippreferi, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jistgħu jġibulek kopja stampata d-dar tiegħek.