Int x’taħseb?
Tistaʼ l-Bibbja tgħinek issir ħabib t’Alla?
XI NIES JEMMNU . . .
li ma jistgħux ikunu ħbieb t’Alla għax iħossu li huma midinbin. Oħrajn jgħidu li Alla ma jimpurtahx minna. Int x’taħseb?
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
Alla għandu ħbiberija mill-qrib man-nies ġusti. (Proverbji 3:32) Jekk nobdu lil Alla, aħna nistgħu nsiru l-ħbieb tiegħu.
X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-BIBBJA?
Alla jrid ikun il-Ħabib tagħna.—Ġakbu 4:8.
Bħala l-Ħabib tagħna, Alla hu lest li jgħinna u jaħfrilna.—Salm 86:5.
Il-ħbieb t’Alla jħobbu dak li hu jħobb u jobogħdu dak li hu jobgħod.—Rumani 12:9.