SUĠĠETT PRINĊIPALI | SE TAĊĊETTAH INT L-AQWA RIGAL MINGĦAND ALLA?
Int kif se twieġeb għall- aqwa rigal mingħand Alla?
“L-
RIGAL straordinarju għandu jqanqalna biex nuru gratitudni. Ġesù enfasizza din il-
Il-
-
Ħu għarfien dwar Dak li ta r-
rigal. Il- fidwa ma tagħtix il- ħajja taʼ dejjem b’mod awtomatiku lill- bnedmin kollha. Infatti, f’talba lil Alla, Ġesù qal: “Il- ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l- uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.” (Ġwanni 17:3) Jekk xi ħadd jgħidlek li raġel salvalek ħajtek meta kont għadek żgħir, ma tkunx interessat li ssir taf iktar dwaru u għala salvak? Alla Ġeħova, li ta r- rigal tal- fidwa li jsalva l- ħajjiet, mhux biss iridek issir tafu imma wkoll jixtieq li jkollok relazzjoni mill- qrib miegħu. Il- Bibbja tħeġġiġna: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8. -
Eżerċita l-
fidi fil- fidwa. “Min jeżerċita l- fidi fl- Iben għandu l- ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:36) Xi jfisser li teżerċita l- fidi? Ifisser li hemm bżonn azzjoni biex turi l- fidi fil- fidwa. (Ġakbu 2:17) X’tip t’azzjoni? Biex rigal isir tiegħek, int trid tiftaħ idejk u taċċettah. Allura hemm bżonn li tieħu azzjoni u taċċetta l- fidwa. Kif? Sir af kif Alla jridek tgħix, u mbagħad aġixxi fi qbil maʼ dan. * Itlob lil Alla biex jaħfirlek u biex jagħtik kuxjenza nadifa. Ersaq lejn Alla b’fiduċja sħiħa li l- fidwa tiggarantixxi futur dejjiemi taʼ paċi, sigurtà, u prosperità għal dawk kollha li jeżerċitaw il- fidi fiha!—Ebrej 11:1. -
Attendi t-
Tifkira tal- mewt taʼ Ġesù. Ġesù stabbilixxa ġrajja li għandha ssir kull sena biex tfakkarna fil- provvediment tal- fidwa. Rigward l- osservanza taʼ din il- ġrajja, hu qal: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Luqa 22:19) Ix- Xhieda taʼ Ġeħova se jikkommemoraw il- mewt taʼ Ġesù nhar it- Tlieta, 11 t’April 2017, wara nżul ix- xemx. Il- programm, li jdum madwar siegħa, se jinkludi taħdita li tispjega s- sinifikat tal- mewt taʼ Ġesù u kif din iġġib benefiċċji issa u fil- futur. Is- sena l- oħra, għat- Tifkira attendew mal- 20 miljun ruħ minn madwar id- dinja. Minn qalbna nistidnuk biex tingħaqad magħna biex nuru li rridu naċċettaw l- aqwa rigal mingħand Alla.
^ par. 7 L-