Meta l-ħajja tidher diffiċli wisq
Pereżempju, Sally, * mill-Istati Uniti, li tilfet kważi kulma kellha f’uragan, tispjega: “Ma kontx naf kemm stajt niflaħ għal iktar. Ħafna ġranet kont inħoss li ma nistax inkampa.”
Jew xi ngħidu jekk titlef lil xi ħadd għażiż fil-mewt? Janice, mill-Awstralja, tgħid: “Meta tlift liż-żewġ uliedi, ħassejtni mfarrka u mifnija. Kelli nara kif se nipprova nkampa. Kont nitlob bil-ħrara lil Alla: ‘Ma niflaħx għal iktar. Jekk jogħġbok, agħmel li norqod u ma nqumx.’”
Daniel, mill-banda l-oħra, ħassu mkisser meta l-mara tiegħu għamlet adulterju. Hu jispjega: “Meta l-mara tiegħi stqarret li ma kinitx leali lejja, kien qisu daħħluli sikkina f’qalbi. Ħassejt dan l-uġigħ fiżiku għal darba wara l-oħra u domt inħossni hekk diversi xhur.”
Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa se tikkunsidra għala l-ħajja hi taʼ min jgħixha anki meta
Ejja l-ewwel naraw kif nistgħu nkampaw meta jseħħ diżastru.
^ Xi ismijiet f’din is-serje t’artikli ġew mibdulin.