SUĠĠETT PRINĊIPALI | FEJN TISTAʼ SSIB IL-FARAĠ?
Kif Alla joffri l-faraġ
L-appostlu Pawlu jiddeskrivi lil Ġeħova * bħala “l-Alla taʼ kull faraġ, li jfarraġna fit-tribulazzjoni kollha tagħna.” (2 Korintin 1:3, 4) B’hekk, il-Bibbja tassigurana li m’hemm ebda persuna li ma tistax tikseb l-għajnuna mingħand Alla u m’hemm ebda traġedja li hi tant kbira li Missierna tas-sema ma jistax ifarraġna.
Ovvjament, ikollna nagħmlu xi ħaġa jekk irridu l-faraġ mingħand Alla. Tabib kif jistaʼ jgħinna jekk qatt m’għamilna appuntament miegħu? Il-profeta Għamos jistaqsi: “Sejrin tnejn jimxu flimkien jekk ma jkunux ftiehmu minn qabel biex jiltaqgħu?” (Għamos 3:3) Għalhekk, l-Iskrittura tħeġġiġna: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.
Kif nistgħu nkunu ċerti li Alla se jersaq qrib lejna? L-ewwel, għax jgħidilna darba wara l-oħra li jrid jgħinna. (Ara l-kaxxa.) U t-tieni, għax għandna xhieda konvinċenti minn nies li tfarrġu minn Alla—nies reali, kemm fi żmienna kif ukoll fil-passat.
Bħal ħafna nies li jfittxu l-għajnuna mingħand Alla llum, is-Sultan David kien familjari ħafna mat-traġedji. “Ismaʼ leħni meta b’talb bil-ħrara ngħajjatlek għall-għajnuna,” talab darba lil Ġeħova. Wieġbu Alla? Iva. David żied: “Qalbi tifraħ bl-għajnuna li ksibt.”—Salm 28:2, 7.
L-IRWOL TAʼ ĠESÙ F’LI JFARRAĠ LIL DAWK KOLLHA LI HUMA MNIKKTIN
Alla ried li Ġesù jkollu rwol importanti ħafna f’li jipprovdi l-faraġ. Fost inkarigi oħra li Alla tah, Ġesù kien se ‘jinfaxxa lil dawk b’qalbhom maqsuma’ u ‘jfarraġ lill-imnikktin kollha.’ (Isaija 61:1, 2) Bħalma ġie mbassar, Ġesù ħa interess speċjali f’nies li kienu “mħabbtin u mgħobbijin.”—Mattew 11:28-30.
Ġesù farraġ lin-nies billi tahom pariri għaqlin, billi ttrattahom b’qalb tajba, u anke, f’xi każijiet, billi fejjaq il-mard tagħhom. Darba minnhom raġel bil-ġdiem talab bil-ħrara lil Ġesù: “Jekk trid, tistaʼ tnaddafni.” Ġesù ħassu mqanqal u qallu: “Irrid. Indaf.” (Marku 1:40, 41) U r-raġel bil-ġdiem tfejjaq.
2 Korintin 1:3) Ikkunsidra erbaʼ mezzi primarji li Alla juża biex ifarraġ lin-nies.
Illum, l-Iben t’Alla mhux preżenti fuq l-art biex ifarraġna personalment. Imma Missieru, Ġeħova, “l-Alla taʼ kull faraġ,” ikompli jgħin lil dawk fil-bżonn. (-
Il-Bibbja. “Kulma nkiteb minn qabel inkiteb għall-istruzzjoni tagħna, biex permezz tas-sabar tagħna u permezz tal-faraġ mill-Iskrittura jkollna t-tama.”—Rumani 15:4.
-
L-ispirtu qaddis t’Alla. Ftit wara l-mewt taʼ Ġesù, il-kongregazzjoni Kristjana kollha kemm hi daħlet f’perijodu taʼ paċi. Għala? “Imxiet fil-biżaʼ taʼ Ġeħova u fil-faraġ taʼ l-ispirtu qaddis.” (Atti 9:31) L-ispirtu qaddis, il-forza attiva t’Alla, hu qawwi ħafna. Alla jistaʼ jużah biex ifarraġ lil kulħadd fi kwalunkwe ċirkustanza.
-
It-talb. “Tkunu ansjużi fuq xejn,” twissina l-Bibbja. Pjuttost, tgħid, “imma f’kollox b’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom u l-qawwa mentali tagħkom.”—Filippin 4:6, 7.
-
Il-Kristjani sħabna jistgħu jkunu l-ispalla li nistrieħu fuqha għall-faraġ meta nkunu għaddejjin minn sitwazzjoni diffiċli. L-appostlu Pawlu ddeskriva l-ħbieb tiegħu bħala sors taʼ ‘għajnuna li ssaħħu’ fi żmien taʼ ‘bżonn u tribulazzjoni.’—Kolossin 4:11; 1 Tessalonikin 3:7.
Imma forsi taħseb kif dan kollu jistaʼ jkun possibbli fir-realtà. Ejja nsiru nafu iktar minn xiex għaddew in-nies li ffaċċjaw il-problemi li semmejna fil-bidu. Bħalhom, tistaʼ tiskopri li Alla għadu jwettaq din il-wegħda li tmiss il-qalb: “Bħal raġel li ommu tibqaʼ tfarrġu, hekk nibqaʼ nfarraġkom jien.”—Isaija 66:13.
^ par. 3 Ġeħova hu l-isem t’Alla kif muri fil-Bibbja.