Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Żminijiet Aħjar fil-Futur Qarib!

Żminijiet Aħjar fil-Futur Qarib!

“Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar . . . Imma l-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.” —SALM 37:10, 11.

TIXTIEQ taraha sseħħ il-​profezija kwotata hawn fuq? Bla dubju hekk tixtieq. Hemm raġunijiet sodi biex temmen li dalwaqt se sseħħ.

L-​artikli taʼ qabel iddiskutew ftit biss mill-​profeziji tal-​Bibbja li b’mod ċar jindikaw li qed ngħixu “fl-​aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1-​5) Alla nebbaħ lill-​kittieba tal-​Bibbja biex ibassru dawk il-​ġrajjiet sabiex aħna jkollna tama. (Rumani 15:4) It-​twettiq taʼ profeziji bħal dawn ifisser li l-​inkwiet li niffaċċjaw issa dalwaqt se jintemm.

X’se jkun hemm wara l-​aħħar jiem? Is-​Saltna t’Alla se taħkem fuq l-​umanità kollha. (Mattew 6:9) Ikkunsidra d-​deskrizzjoni tal-​Bibbja tal-​kundizzjonijiet fuq l-​art f’dak iż-​żmien:

Il-​ġuħ se jintemm. “Se jkun hemm ħafna qmuħ fuq l-​art; fuq il-​qċaċet tal-​muntanji jkun hemm iżżejjed.”—Salm 72:16.

Il-​mard se jintemm. “Ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Isaija 33:24.

L-​art se tiġi mġedda. “Ix-​xagħri u r-​reġjun bla ilma se jifirħu, u l-​pjanura tad-​deżert se tifraħ u twarrad bħaż-​żagħfran.”—Isaija 35:1.

Dawn huma biss ftit mill-​profeziji inkuraġġanti tal-​Bibbja li se jseħħu dalwaqt. Għax ma titlobx lix-​Xhieda taʼ Ġeħova juruk għala huma daqstant fiduċjużi li hemm żminijiet aħjar fil-​futur qarib?