Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

It-2 Profezija. Il-Ġuħ

It-2 Profezija. Il-Ġuħ

“Ikun hemm nuqqas taʼ ikel.”—MARKU 13:8.

● Raġel ifittex ir-​refuġju fir-​raħal taʼ Quaratadji, in-​Niġer. Il-​kuġini tar-​raġel u ħutu subien u bniet ukoll ġew minn postijiet oħrajn tal-​pajjiż biex jipprovaw jaħarbu mill-​ġuħ. Madankollu, ir-​raġel qiegħed waħdu mimdud fuq tapit mal-​art. Għala qiegħed waħdu? “Ma jistax jitmaʼ [lil familtu], u għalhekk ma jistax jibqaʼ jħares f’għajnejhom,” jispjega Sidi, il-​kap tar-​raħal.

X’JURU L-​FATTI? Madwar id-​dinja, kważi 1 minn kull 7 individwi ma jkollux biżżejjed ikel kuljum. Ir-​rata hi agħar fl-​Afrika, fin-​naħa t’isfel tas-​Saħara, fejn 1 minn kull 3 individwi m’għandux biżżejjed ikel għal perijodu twil taʼ żmien. Biex nifhmu din il-​figura, immaġina familja li tikkonsisti minn missier, omm, u tarbija. Jekk hemm biżżejjed ikel għal tnejn minnhom biss, min se joqgħod bil-​ġuħ? Il-​missier? l-​omm? it-​tarbija? Din hi l-​għażla li familji bħal dawn iridu jagħmlu fuq bażi taʼ kuljum.

X’INHI OĠĠEZZJONI KOMUNI? L-​art tipproduċi iktar minn biżżejjed ikel għal kulħadd. Kulma hemm bżonn hu li r-​riżorsi tal-​art jiġu mqassmin aħjar.

HIJA VALIDA DIN L-​OĠĠEZZJONI? Veru, il-​bdiewa jistgħu jipproduċu u jittrasportaw iktar ikel minn qatt qabel fl-​istorja. Idealment, il-​gvernijiet umani għandhom ikunu kapaċi jqassmu l-​ikel li tipproduċi l-​art biex isolvu l-​problema tal-​ġuħ. Madankollu, anki wara li ilhom għaxriet taʼ snin jipprovaw, ma rnexxilhomx jagħmluh dan.

INT X’TAĦSEB? Qed jitwettaq Marku 13:8? Minkejja l-​avanzi fit-​teknoloġija, qiegħed in-​nuqqas taʼ ikel jifni lill-​umanità fuq skala globali?

It-​terremoti u l-​ġuħ spiss jiġu qabel problemi li jqumu minħabba aspett ieħor tas-​sinjal tal-​aħħar jiem.

[Kumment f’paġna 5]

“Iktar minn terz mit-​tfal li jmutu bil-​pulmunite, id-​dijarea, u mard ieħor setgħu jsalvaw kieku ma kinux malnutriti.”​—ANN M. VENEMAN, L-​EKS DIRETTRIĊI ESEKUTTIVA TAL-​FOND TAT-​TFAL TAL-​ĠM.

[Sors tal-Istampa f’paġna 5]

© Paul Lowe/Panos Pictures