Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

L-ulied kif jistgħu jitgħallmu jħobbu lil Alla?

Uża tagħlimiet mill-ħolqien biex tgħin lil ibnek isir jaf u jħobb lil Alla

Huwa biss billi jkollhom l-evidenza li Alla jeżisti u li jħobbhom li wliedek jistgħu jitgħallmu jħobbuh. Biex iħobbu lil Alla, huma għandhom bżonn ikunu jafuh. (1 Ġwanni 4:8) Pereżempju, għandhom bżonn ikunu jafu: Alla għala ħalaq lill-bniedem? Alla għala jippermetti t-tbatija? X’se jagħmel Alla għall-bniedem fil-futur?—Aqra Filippin 1:9.

Sabiex tgħin lil uliedek iħobbu lil Alla, għandek turihom li int stess tħobbu. Meta jaraw dan, x’aktarx li jagħmlu bħalek.—Aqra Dewteronomju 6:5-7; Proverbji 22:6.

Kif tistaʼ tilħaq qalb uliedek?

Il-Kelma t’Alla hi qawwija. (Ebrej 4:12) Għalhekk, għin lil uliedek jitgħallmu t-tagħlim bażiku tagħha. Sabiex jilħaq qalb in-nies, Ġesù staqsa mistoqsijiet, ta widen, u spjega l-Iskrittura. Sabiex tilħaq qalb uliedek, int tistaʼ timita l-mod taʼ kif Ġesù għallem.—Aqra Luqa 24:15-19, 27, 32.

Flimkien maʼ dan, rakkonti mill-Bibbja taʼ kif Alla ttratta man-nies jistgħu jgħinu lit-tfal ikunu jafu u jħobbu lil Alla. Pubblikazzjonijiet imħejjijin għal dan l-iskop huma disponibbli fuq www.ps8318.com/mt.—Aqra t-2 Timotju 3:16.