Kont taf?
Liema sfidi ffaċċja Erodi biex jibni mill- ġdid it- tempju f’Ġerusalemm?
Oriġinalment, Salamun waqqaf it-
L-
Erodi pprova ma jweġġax is-
Erodi miet qabel ma tlesta l-
In-nies ta’ Malta għala ħasbu lil-appostlu Pawlu kien qattiel?
Xi wħud min-nies ta’ Malta setgħu kienu influwenzati minn ideat tar-reliġjon Griega. Ikkunsidra x’ġara wara n-nawfraġju ta’ Pawlu f’Malta, bħalma hu rrakkontat fil-ktieb tal-Atti. Meta l-appostlu poġġa qabda ħatab fuq in-nar li kien tqabbad biex sħabu n-nawfraganti ma jħossux bard, lifgħa qabdet ma’ idu. Meta ġara dan, in-nies tal-gżira qalu: “Żgur li dan ir-raġel hu xi qattiel, għax għalkemm salva mill-għarqa, il-ġustizzja pattithielu u ma ħallitux jibqa’ jgħix.”—Atti 28:4.
It-terminu bil-Grieg hawn għal “Ġustizzja” hu “dike.” Il-kelma tista’ tfisser ġustizzja f’sens astratt. Madankollu, fil-mitoloġija Griega, Dike kien l-isem tal-alla mara tal-ġustizzja. Kien maħsub li hi indokrat l-affarijiet tal-bniedem u rrapportat inġustizzji li ma kinux inkixfu lil Żews, sabiex il-ħatja jiġu kkastigati. B’hekk, skont sors wieħed, ir-residenti ta’ Malta forsi kienu qed jaħsbu: “Għalkemm Pawlu ħarab mill-baħar, hu raġel immarkat li issa ngħeleb mill-alla mara Dike . . . permezz tal-lifgħa.” In-nies bidlu ħsiebhom meta sar evidenti li Pawlu ma kienx weġġa’.