Il-purgatorju jissemma fil-Bibbja?
It-tweġiba tal-Bibbja
Le, ma jissemmiex. Fil-Bibbja, il-kelma “purgatorju” qatt ma tissemma, u lanqas ma tgħallem li r-ruħ taʼ dawk li mietu tmur titnaddaf fil-purgatorju. a Ara x’tgħallem il-Bibbja dwar id-dnub u l-mewt u kif dan imur kontra t-tagħlim tal-purgatorju.
Fidi fis-sagrifiċċju tad-demm taʼ Ġesù hu li jnaddaf persuna mid-dnub, u mhux l-hekk imsejjaħ purgatorju. Il-Bibbja tgħid li “d-demm taʼ Ġesù Kristu [l-Iben t’Alla] jnaddafna minn kull dnub” u li “Ġesù Kristu . . . ħallna minn dnubietna bis-saħħa taʼ demmu.” (1 Ġwanni 1:7; Apokalissi 1:5, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija) Ġesù ta “ħajtu b’fidwa għall-kotra.”—Mattew 20:28, Il-Bibbja, GħBM.
In-nies li mietu ma jafu xejn. “Il-ħajjin, għallinqas, jafu li għad imutu, iżda l-mejtin ma jafu xejn.” (Koħèlet 9:5, Il-Bibbja, GħBM) Persuna li mietet ma tistaʼ tħoss xejn u għalhekk ma tistaʼ titnaddaf bl-ebda nar tal-purgatorju.
Wara li persuna tmut m’hemm l-ebda kastig għal dnubietha. Il-Bibbja tgħid li “min imut, jeħles mid-dnub” u li “l-ħlas tad-dnub hu l-mewt.” (Rumani 6:7, 23, Il-Bibbja, GħBM) Il-mewt hi l-ħlas komplet għad-dnubiet.
a Rigward il-purgatorju, il-ktieb Orpheus: A General History of Religions jgħid li “din ma tissemma mkien fl-Evanġelji.” Bl-istess mod, in-New Catholic Encyclopedia tgħid: “Nistgħu nikkonkludu li t-tagħlim Kattoliku dwar il-purgatorju hu bbażat fuq tradizzjoni, u mhux fuq l-Iskrittura Imqaddsa.”—It-tieni edizzjoni, il-11-il volum, paġna 825.
b Ara n-New Catholic Encyclopedia, it-tieni edizzjoni, il-11-il volum, paġna 824.