Ix-Xitan Fejn Jgħix?
It-tweġiba tal-Bibbja
Peress li x-Xitan huwa spirtu, hu jgħix f’qasam inviżibbli. Però, dan mhuwiex infern tan-nar fejn hu jġiegħel lill-ħżiena jsofru, bħalma jidher fl-istampa li tidher f’dan l-artiklu.
“Gwerra fis-sema”
Għal xi żmien, Satana x-Xitan kien imur fejn ifettillu fil-qasam tal-ispirti, inkluż li jidħol direttament quddiem Alla flimkien mal-anġli leali tiegħu. (Ġob 1:6) Imma l-Bibbja bassret li kellu jkun hemm “gwerra fis-sema” li kienet se twassal biex Satana jitkeċċa mis-sema u jiġi “mwaddab għal fuq l-art.” (Apokalissi 12:7-9, il-Bibbja tal-Għaqda Biblika Maltija) Kemm il-kronoloġija tal-Bibbja u kemm il-ġrajjiet tad-dinja jikkonfermaw li din il-gwerra fis-sema diġà seħħet. Ix-Xitan issa huwa ristrett għall-viċinanzi tal-art.
Ifisser dan li x-Xitan jgħix f’xi post speċifiku fuq il-pjaneta tagħna? Pereżempju, kien jingħad li l-belt tal-qedem taʼ Pergamu kienet “fejn hemm it-tron taʼ Satana” u “fejn qed jgħammar Satana.” (Rivelazzjoni 2:13) Fil-fatt, dawn l-espressjonijiet x’aktarx li jirreferu għall-qima satanika li kienet abbundanti f’dik il-belt. Il-Bibbja tgħid li x-Xitan jaħkem fuq “is-saltniet kollha taʼ l-art abitata,” u għalhekk hu ma jgħixx f’post wieħed letterali fuq l-art imma hu ristrett għall-viċinanzi tal-art.—Luqa 4:5, 6.