Mur fil-kontenut

Is-Saltna t’Alla X’Se Twettaq?

Is-Saltna t’Alla X’Se Twettaq?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Is-Saltna t’Alla se tieħu post il-gvernijiet umani kollha u taħkem fuq l-art kollha. (Danjel 2:44) Ladarba dan jiġri, is-Saltna t’Alla se . . .

  •   Tneħħi lin-nies mill-agħar li l-egoiżmu tagħhom hu taʼ dannu għalina lkoll. “Rigward in-nies mill-agħar, dawn se jitqaċċtu mill-art; u t-tradituri jinqalgħu minnha.”—Proverbji 2:22.

  •   Ttemm il-gwerer kollha. “[Alla] qed iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art.”—Salm 46:9.

  •   Ġġib prosperità u sigurtà fuq l-art. “Kull wieħed taħt id-dielja tiegħu u taħt is-siġra tat-tin tiegħu, u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.”—Mikea 4:4.

  •   Tbiddel l-art f’ġenna. “Il-pjanura tad-deżert se tifraħ u twarrad bħaż-żagħfran.”—Isaija 35:1.

  •   Tipprovdi xogħol sodisfaċenti u pjaċevoli għal kulħadd. “Il-magħżulin tiegħi [t’Alla] se jużaw xogħol idejhom bis-sħiħ. Ma jitħabtux għalxejn.”—Isaija 65:21-23.

  •   Telimina l-mard. “Ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Isaija 33:24.

  •   Teħlisna mix-xjuħija. “Ħa jsir laħmu iktar frisk milli fiż-żgħożija; ħa jmur lura lejn il-jiem mimlijin enerġija taż-żgħożija.”—Ġob 33:25.

  •   Terġaʼ ġġib il-mejtin lura għall-ħajja. “Dawk kollha li qegħdin fl-oqbra tat-tifkira jisimgħu leħnu [leħen Ġesù] u joħorġu.”—Ġwanni 5:28, 29.